Il-proġett CITO, “CheckIn TakeOff”, huwa wieħed mill-proġetti taħt is-sejħa tal- proġetti ‘Isperimentazzjoni tal-Politika ERASMUS+’ tal-Unjoni Ewropea fl-oqsma tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ, immexxi minn awtoritajiet pubbliċi ta’ livell għoli f’Malta, fl-Irlanda u fin-Norveġja.
Dan il-proġett għandu l-għan li jiżviluppa Għodda għall-Verifika tal-Ħiliet
li tippermetti lil persuna twettaq valutazzjoni inizjali dwar il-ħiliet tagħha fil-litteriżmu u n-numeriżmu, kif ukoll dawk diġitali b’mod indipendenti. Dan se jiggwidahom lejn l-għażliet tagħhom fir-rigward ta’ opportunità ta’ tagħlim flessibbli kif ukoll tgħinhom jirrikonoxxu l-ħiliet tagħhom filwaqt li jipprovdihom b’perkorsi oħra.
Kun af aktar dwar il-proġett CITO